Thanks to Jacques Zammit the following is a poem by Antoine Cassar JUM IR-RIFLESSJONI Għada l-elezzjoni… Jiena, Malti ta’ barra u barrani ta’ ġewwa, wara nofs ħajja f’eżilju bl-addoċċ nissindika mill-bogħod, jirriżulta li għada se nixħet għall-ewwel darba l-vot. Jum ir-riflessjoni… Passiġġata fil-Belt, qassata, ir-rassa tan-nies, paqqa wara paqqa, nieqaf ħa nieħu nifs fejn it-teatru mwaqqa’ biex bilqiegħda il-kummiedja nosserva. Tant tgħallimt u tħawwadt mit-tagħjir u l-għajat bla għadd li ħsiebi rabba s-sura ta’ qrun iċ-ċerva… waqt li f’qorrigħat in-nies nissemma’ bejn il-partiti jissokta t-tpartit ta’ semm is-suppervja. Mur semma’ leħnek f’nofs dil-ħerba, frattarija u ċaqċiq! Għada nivvota nixtieq… Nivvota nixtieq, f’pajjiż fejn l-ilsna klubija ma jaħlux ta’ kuljum ir-riq isewdu t-triq bi mxija li minnha ħadd ma jfiq… Nivvota nixtieq, f’pajjiż fejn il-blu jfisser baħar u sema u xejn iżjed minn baħar u sema, fejn l-aħmar ma jfissirx dmija, fejn fil-kamra ta’ l-imtallgħa darba, darbtej...